Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali ta’ Malta, sejjaħ l-iskwadra proviżorja ta’ 21 plejer għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Moldova, li se tintlagħab il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016, fit-3.00pm, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

It-tim nazzjonali jingħaqad il-Ħadd li ġej b’sessjoni ta’ recovery fid-9.00am u t-Tnejn issir l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fit-3.00pm.

Il-kontinġent tat-tim jinġabar f’irtir it-Tlieta 22 ta’ Marzu fis-2.30pm fejn ikollu sessjoni ta’ taħriġ fit-3.00pm u wara jibqa’ sejjer f’lukanda sal-Ħamis, il-ġurnata tal-partita.

Gowlkipers
Andrew Hogg (AEL Kalloni FC), Justin Haber (Hibernians FC), Henry Bonello (Valletta FC)
Difensuri
Andrei Agius (Hibernians FC), Jonathan Caruana (Valletta FC), Steve Borg (Aris Limassol FC), Zach Muscat (SS Akragas Citta’ Dei Templi), Ryan Camilleri (Valletta FC), Justin Grioli (Balzan FC), Joseph Zerafa (Birkirkara FC), Clayton Failla (Hibernians FC)
Midfielders
Roderick Briffa (Valletta FC), Ryan Scicluna (Birkirkara FC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Paul Fenech (Balzan FC), Rowen Muscat (AC Pavia), Gareth Sciberras (Birkirkara FC), Andre’ Schembri (AC Omonia Nicosia)
Attakkanti
Michael Mifsud (Valletta FC), Terrence Vella (Qormi FC), Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers FC) Alfred Effiong (Balzan FC)