Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, iltaqa’ mal-boxer Billy Corito magħruf bħala ‘the Hit Man’. Dr Buontempo feraħlu għas-suċċess li qed jikseb filwaqt li awguralu fil-kompetizzjonijiet li jmiss speċjalment dik li se ssir il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju.

Huwa qal li l-Gvern irid li jippromuovi sport minuri ukoll biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport.

Billy Corito kiseb l-ewwel post fil-kategorija heavy weight tal-European Boxing Federation u żamm it-titlu tiegħu tal-Intercontinental Heavyweight tal-istess EBF.

Article by : www.sportmalta.org.mt
Photo by: John Borg