Illum kienet il-gurnata fejn il-bord tal-protesti gewwa l-MFA kellu jieħu d-decizjoni fuq protest li gie mressaq minn Hibernians F.C. fil-partita tal-kampjonat BOV Premier tal-ħadd li għadda bejn Birkirkara kontra Hibernians liema partita li spiccat f’rebħa mit-tim ta’ Birkirkara bl-iskor ta’ 2:1.

Il-Klabb ta’ Hibernians ressaq protest kontra Birkirkara F.C. fuq ksur ta’ regolament tal-FIFA fuq xi plejers barranin li Birkirkara setgħu lagħbu u li kienu qed jiksru r-regolament ta’ l-MFA skond l-istess klabb.

Ghalhekk wara tlett siegħat ta’ protest gewwa l-bini ta’ l-MFA, Il-Malta Football Association avżat li l-protest imressaq minn Hibernians FC, rigward l-istess partita tal-Kampjonat BOV Premier bejn Hibernians FC u Birkirkara FC li ntlagħabet fl-24 ta’ April 2016, ma ġiex milqugħ mill-Bord tal-Protesti tal-Malta Football Association.

Għaldaqstant ir-riżultat tal-partita jibqa’ dak miksub fil-pitch filwaqt li Valletta li l-ħadd li għadda gew matematikament champions jistgħu jinzlu b’rashom mistrieħa hekk kif għada s-sibt 30 ta’ April Valletta jonoraw l-aħħar partita ta’ l-istagun u jigu prezentati t-tazza tar-rebħ tal-kampjonat 2015/2016.

bkara_-_hibernians_april_24_2016
Ritratt : Paul Zammit Cutajar