F’loghba drammatika Birkirkara jegħlbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2:1 fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali. Kien l-ex Belti Edmond Agius li b’gowl mill-isbah jagħti r-rebha lil karkarizi ezatt qabel it-tmiem tal-partita.

Partita fejn rajna logħob sabiħ miż-żewg naħat f’nofs il-grawnd kif ukoll diversi azzjonijiet perikolużi li faċilment setghu bidlu l-andament tal-partita. L-ewwel azzjoni perikoluża tasal fis-27 minuta minn Hibernians hekk kif żball fid-diviża karkariża Santos Silva jara x-xutt tiegħu imblukkat biex mir-rebound Gilmar jikkonkludi barra.

Wara nofs siegha logħob kien Frank Temile li xutt mill isbaħ tiegħu ikun salvat minn Justin Haber. Kienu Birkirkara li fetħu l-iskor eżatt ħames minuti mit-tmiem ta’ l-ewwel taqsima meta żball ta’ Andre Agius f’backpass lejn Justin Haber li ma kkontrollax tajjeb, isib lil Vito Plut li mill-vicin ma żbaljax ghal wiehed b’xejn.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima rajna diversi logħob f’nofs il-grawnd miż-żewg timijiet iżda fil-50 minuta cans tajjeb minn Birkirkara b’xutt mill-isbah ta’ Edmond Agius iżda x-xutt tieghu jispicca barra. Hibernians komplew jipressaw lil avversarji tagħhom hekk kif tlett minuti wara jirrispondu tajjeb b’xutt ta’ Lima li kopric salva ma’ l-art. Fid-59 minuta Hibernians kisbu d-draw meta minn free kick f’tarf il-kaxxa Andrew Cohen ma jaħfirx fir-rokna tax-xibka.

Fis-77 minuta Birkikrara b’ħarba tajba f’kontrattakk fejn Gareth Sciberras jagħti ballun tajjeb lil Frank Temilie fejn dan gab lil Plut waħdu b’konklużjonu żbaljata. Fit-83 minuta Clayton Failla jigi mcaħħad mill-lasta l-mimduda biex fid-90 minuta kellu jkun il-goal tar-rebha hekk kif Edmond Agius b’xutt mill-isbaħ jiskorja l-gowl tar-rebħa u jpoggi s-sapporters karkariżi u beltin f’delirju ta’ ferħ. B’din it-telfa ta’ Hibernians, Valletta jikkonfermaw ir-rebħ tal-kampjonat u t-23 kampjonat tagħhom fl-istorja tal-Klabb.

Il-player ta’ Birkirkara Mauricio Mazzetti Latini kien ivvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba.

Artiklu : Stefan De Battista (SPM)
Ritratti: Christine Borg
Filmat : MFA