Nhar is-Sibt li ġej 2 ta’ Gunju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun qed torganizza il-Finali Autocross Modified tat-tiġrija li saret fis-26 ta’ Novembru 2017. Dakinhar kien daħal il-ħin u kellu jitwaqqaf il-Program. Il-Final ta nhar is-Sibt jibda fis-6. 00pm u d-dħul ikun b’xejn.

Il-Finalisti huma f’din l-ordni:- Ryan Scerri fuq Opel Corsa, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Gordon Johnson fuq Opel Corsa, Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Noel Zammit fuq Fiat Punto u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova.

Nhar is-Sibt li għadda l-Assoċjazzjoni organizzat it-tmien attivta mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018 fejn b’kollox irreġistraw 14 il-mutur maqsuma fit-tlet klassijiet u kellna dawn ir-rizultati

Fil-Motocross Class A rajna lil Paul Muscat fuq Yamaha jirbaħ din il-klassi segwit min Kyle Camilleri fuq KTM li daħal fit-tieni post filwaqt li fit-tielet spiċċa Clayton Camilleri fuq KTM. Ir-raba u il-Ħames postijiet daħlu Trevor Muscat fuq Husqvarna u Mark Mamo fuq Yamaha.

Fil-Motocross Class B rajna lil Michael Sant fuq Husqvarna jirbaħ din il-klassi segwit min Clinton Calleja fuq Yamaha. Fil-Klassi Veterans rajna lil Jetro Sant fuq Yamaha jirbaħ din il-Klassi segwit min Paul Deguara fuq KTM filwaqt li fit-tielet post spiċċa William Sant fuq Honda.

Attivita oħra Motocross mistenija issir nhar is-Sibt 16 ta Ġunju 2018. Filwaqt l-Assoċjazzjoni tħabbar xi tibdiliet fil-Program għal matul is-sajf fejn l-aħħar attivita tal-istaġun bil-karozzi ser issir is-Sibt 7 ta’ Lulju 2018. F’din l-attivita ħa tkun organizzata wkoll Demolition tal-Vanijiet. Dakinhar il-program jibda 7. 00pm bil-karozzi Autocross u jispiċċa bid-Demolition li tibda fil-11.00pm

L-Assoċjazzjoni tħabbar ukoll li l-aħħar meeting biex wieħed jirreġistra għad-Demolition tal-Vanijiet huwa nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2018 fil-Clubhouse tal-ASMK l-Imtarfa. Il-laqgħa tibda fit-8.00pm.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew Mobile 9942 5489